Ħelow Tfal!
Ilkoll nifirħu meta taslilna aħbar sabiħa bħal meta mmorru tajjeb f’xi eżami, nkunu se nibdew nattendu xi skola ġdida, tarbija ġdida fil-familja, xi logħba ġdida u ħafna mumenti sbieħ oħra. Ikollna ħeġġa kbira u eċitament biex naqsmu din l-aħbar speċjalment mal-qraba tagħna u nieħdu gost li jifirħu magħna. Hekk għamlet il-Madonna meta saret taf li l-kuġina tagħha Eliżabetta wkoll kien se jkollha tarbija. Meta Marija wara vjaġġ twil waslet għand Eliżabetta, ferħu ħafna malli raw lil xulxin, u awguraw lil xulxin għal ħajja l-ġdida li t-tnejn li huma kienu qed iġorru fil-ġuf tagħhom – Ġesù u San Ġwann.
Il-prayer space tal-lum jisimha: Messaġġ ħerqan
Għandna bżonn:
Aħseb ftit liema hi l-aħħar aħbar jew messaġġ sabiħ li rċevejt. Ma’ min tixtieq taqsamha?
Qasqas il-mudell biex tifforma bħal kartolina.
Fuq quddiem tal-mudell tal-speech bubble ikteb l-isem tal-persuna li tixtieq twaslilha l-aħbar sabiħa. Fuq ġewwa ikteb jew pinġi l-aħbar li tixtieq tagħtih/a.
Saħħa ħbieb!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu.