Ħellow tfal!
Wasalna fit-tielet Ħadd tal-Avvent. Dan il-Ħadd ngħidulu “Ħadd il-Ferħ”.
Illum nixgħelu x-xemgħa r-roża fil-girlanda biex naqtgħu ftit mill-kulur vjola li huwa ftit skur u jfisser penitenza. Illum mistednin nifirħu għax it-twelid ta’ Ġesu’ Bambin hu fil-qrib.
Nixgħelu x-xemgħa r-roża flimkien
Illum se naħsbu f’dak kollu li jagħmilna ferħanin.
Ejjew inkantaw flimkien:
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.