Il-backpack tar-refuġjat

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għar-refuġjati

Helow tfal,

Ir-refuġjat huwa persuna li jkollu jitlaq mid-dar u mill-pajjiż tiegħu minħabba xi forma ta’ periklu u ma jkunx possibli jerġa’ lura. Ħafna drabi r-refuġjati  jkollhom jitilqu minħabba l-gwerra, ġuħ jew insigurtà.  Madwar id-dinja miljuni ta’ nies sfaw refuġjati minn bosta pajjiżi madwar id-dinja bħall- Yemen, l-Urkraina, l-Afghanistan, in-Nigeria and s-Syria. Li kieku jkollok titlaq minn pajjiżek, titlaq ta’ malajr u tħalli d-dar warajk, x’tieħu miegħek?

Din ir-rokna ta’ talb jisimha Il-Backpack tar-Refuġjat

  • Ħares ftit lejn l-affarijiet li r-refuġjati jieħdu magħhom meta jitilqu minn pajjiżhom.   
  • Agħżel tlieta minnhom u fuq l-karta forma ta’ backpack, ikteb x’għażilt u l-għala għażilthom.
  •  Fuq  in-naħa ta’ wara tal-istess karta ikteb messaġġ ta’ tama lil refuġjat.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.