Niżirgħu u naħsdu

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' tifħir

Ħelow Tfal!

Ġieli mort f’xi għalqa man-nannu, forsi ma’ xi ziju jew ħabib, jew forsi kontu għaddejjin minn fejn xi għalqa waqt xi passiġata u rajtu xi bidwi jiżra’ xi ż-żerriegħa jew iħawwel il-ħaxix. 

Fl-14 jew il-15 ta’ Jannar, l-Induisti (Hindus) jiċċelebraw il-Makar Sankranti Festival. Dan il-festival huwa ċċelebrat f’diversi partijiet tal-Indja. Matul dan il-festival tiġi ċċelebrata l-ħajja billi jiġu miżrugħin ħxejjex, frott u qamħ, kif ukoll rit tal-paċi fejn kulħadd jingħaqad flimkien ma’ xi ħadd li jkun naqsu b’xi azzjoni ħażina jew kelma żejda. Waqt din iċ-ċelebrazzjoni imbagħad jiżfnu flimkien madwar ħuġġieġa tan-nar u jinżlu fix-xmajjar biex jitnaddfu mill-ħażin li jkunu għamlu.

Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Niżirgħu u naħsdu. Għandna bżonn:

  • Stampa jew tpinġija ta’ ħuġġieġa tan-nar /kraft tiegħek ta’ ħuġġieġa.
  • Pinna jew lapes
  • Kuluri

Madwar il-ħuġġieġa ikteb jew pinġi tip ta’ ikel.

Ikteb l-isem ta’ persuna speċjali għalik, isem ta’ raħal.

Ikteb mod kif inti tista’ tgħin id-dinja tagħmilha iktar id-dar tiegħek.

Inġabar ftit għall- kwiet u għid talba biex tirringrazzja ‘l Alla ta’ dan il-ġid li għandek.

Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.