Ħelow tfal!
Qatt għamilt xi ħaġa ħażina u mort tistaħba? Forsi taħt is-sodda jew bejn il-gwardarobba u l-ħajt. Min jaf kemm domt mistoħbi, bla kumdità u fid-dlam?
Fil-ħajja tagħna jiġri li naqgħu fit-tentazzjoni u nagħmlu l-ħażin, forsi ma nisimgħux ukoll minn dak li jgħidulna l-kbar u lanqas minn dak li jgħidlna Alla. Imma kemm ser nibqgħu mistoħbijin fid-dlam? Alla żgur li ma jridx li nibqgħu mistoħbijin. Jafna sew, jaf kollox, qed jistenniena biex noħorġu mid-dlam u nitolbuh maħfra.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Noli u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi taħseb f’xi ħaġa ħażina li ġġegħlek tistaħba.
Sib post fejn tista’ tistaħba eżempju taħt il-mejda u staħba. Jekk dan mhux possibli, tista’ tuża’ xi pupu żgħir milli għandek u waqt li tqiegħdu ġo kaxxa żgħira bl-għatu magħluq immaġina li dak il-pupu huwa inti mistoħbi.
Waqt li tistaħba jew waqt li tqiegħed il-pupu fil-kaxxa, agħlaq għajnejk u tkellem ma’ Alla dwar il-ħażin li għamilt u għidlu li tixtieq toħroġ mill-moħba tiegħek.
Mument qasir miġburin fit-talb.
Wara li toħroġ mill-moħba tiegħek jew wara li toħroġ il- pupu minn ġol-kaxxa, tista’ tipprepara ruħek biex jekk għandek bżonn tmur tqerr.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.