It-tema ta’ din il-ġimgħa hija l-Paċi. Il-paċi li jġib Ġesù ma tfissirx nuqqas ta’ konflitt u diffikultajiet. Il-paċi u ferħ ta’ Ġesù jimxu id f’id. Meta nafdaw il-ħajja tagħna f’idejh, inkunu fil-paċi, anke jekk madwarna hemm ħafna taqlib. Matul dawn l-erba’ ġimgħat rajna dak kollu li għaddew minnu Marija u Ġużeppi. F’dak iż-żmien, Marija setgħet tkun imħaġġra għall-mewt. It-tnejn li huma ġew f’ilsien in-nies. Iżda kellhom il-paċi għax kienu qed jagħmlu r-rieda ta’ Alla.Aqra/itlob Numri 6, 24-26. Ħafna jitolbu din il-barka fuq it-tfal tagħhom, idraw itolbuha intom ukoll fuq it-tfal tagħkom. |
Għandna bżonn
Attività
Ejjew naqraw dwar ir-raba’ ġimgħa tal-Avvent