Rifless il-Qamar

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nirrifletti d-dawl t'Alla

Helow  tfal!

Ġieli saqsejt lilek innifsek minn fejn jiġi d-dawl tal-Qamar? Kull meta nieħdu gost nħarsu lejn id-dawl tal-qamar inkunu qed napprezzaw il-kapacità li għandu l-qamar li jirrifletti d-dawl tax-Xemx.

Bħall-Qamar, aħna wkoll msejħin biex nirriflettu d-dawl uniku u veru tad-dinja – Id-dawl ta’ Alla.  

Dan nagħmluh fuq l-ezempju ta’ San Ġwann il-Battista.  L-appostlu Ġwanni jiddeskrivi lil San Ġwann il-Battista hekk: “Ġwanni ma kienx id-dawl, imma gie biex jixhed għad-dawl.” Bhalu aħna rridu nagħmlu kulma nistgħu biex nuru lil kulhadd kemm hu tajjeb u ħanin Alla tagħna.  

Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha: Rifless il-Qamar u biex nagħmlu dan għandna bzonn:

  • Torc jew lampa tal-iskrivanija
  • Ballun tal-foil
  • Hu ftit ħin biex taħseb kif tista’ tirrifletti d-dawl ta’ Alla f’dak kollu li tgħid u tagħmel fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.
  • Hu biċċa fojl u rrombla f’ballun.  Issa hu t-torċ u ixgħela faccata tal-ballun tal-fojl biex b’hekk dan ikun jista’ jirrifletti d-dawl tagħha.
  • Issa tista’ titlob lil Alla jgħinek biex f’dak kollu li tgħid u tagħmel tirrifletti d-dawl tiegħu.  

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.