Il-knisja tiċċelebra l-Festa ta’ Pentekoste ħamsin jum wara l-Għid il-Kbir. L-Ispirtu s-Santu niżel fuq id-dixxipli u tahom il-qawwa u l-kuraġġ biex iwasslu t-tagħlim ta’ Ġesù lid-dinja kollha.
L-Ispirtu s-Santu qiegħed magħna llum ukoll u jgħinna biex bħad-dixxipli ma nibżgħux nimxu wara Ġesù. L-Ispirtu s-Santu jagħtina rigali u jgħinna nagħmlu frott tajjeb.
Din is-sena niċċelebraw il-festa ta’ Pentekoste, nhar il-Ħadd 23 ta’ Mejju. F’dawn il-ġranet li ġejjin, ser inħejju ruħna flimkien, biex niċċelebraw din il-festa kbira, billi nitgħallmu aktar dwar id-doni u frott tal-Ispritu s-Santu. Ser nitgħallmu wkoll, kif il-qaddisin irċevewhom u kif, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu, aħna wkoll nistgħu nagħmluhom parti mill-ħajja tagħna!