San Ġużeppi Moscati (1880-1927) u ġie kkanonizzat fin-1987 allura jista jiġi kkunsidrat bħala qaddis ta’ żmienna. Dak li nafu fuqu hu vera u hu ddokumentat. Hu jidher singulari għax hu eżempju kif il-Fidi u x-Xjenza jistgħu joqgħodu flimkien. Hu kien professor tal-Universita’ jispikka fil-Biochemistry, xjentist riċerkatur li fl-istudju tiegħu skopra l-insulina:mediċina important biex issalva l-ħajja tad-dijabetiċi.
Kien is-seba’ wild minn disgħa f’familja aristokratika Kattolika. Għex f’Napli fejn missieru kien maġistrat. Il-familja xtaquh isir bħal missieru, imma hu ried isir tabib biex ifejjaq in-nies bħat-tobba li għenu lil ħuh biex ifieq wara li waqa’ minn fuq iż-żiemel u kisser rasu.
Bħala żgħażugħ jistudja fl-Universita’ ta’ Napli baqa’ jipprattika r-reliġjon avolja kien imdawwar b’nies li ma jagħtu kas ta’ xejn aħseb u ara tar-reliġjon. Qatt ma ħalla l-quddiesa ta’ kuljum u dejjem ħa miegħu Kuruna tar-Rużarju fil-but. Kien jitlob kull meta kellu jieħu deċiżjonijiet serji. Għal xi żmien kien jixtieq li jsir Ġiżwita imma iddeċieda li jibqa’ fil-mediċina biex jgħin il-morda allura ingħaqad mal-Franġiskani Lajċi. Hu qatt ma żżewweġ.
Hu baqa’ jaħdem ta’ tabib u qatt ma aċċetta promotions biex jibqa’ jaħdem mal-morda speċjalment dawk li kienu diffiċli li jfiequ. Mhux biss imma baqa’ jara l-morda anke fid-dar tiegħu bla ma joħdilhom flus. L-ikbar kienet li spiss kien jagħtihom envelope bil-flus kif ukoll il-mediċina li kellhom bżonn. Kien minn ta’ quddiem biex jgħin lil morda bil-kolera li faqqgħet fl-1911 u ħadem mas-suldati fl-ewwel Gwerra bl-akbar ħeġġa u mħabba. Kien imsemmi bħala “T-Tabib ta’ qalb kbira” u “ L-Professur qaddis ta’ Napli”.
Miet f’Napli meta kellu biss 47 sena.
Il-Papa Ġwanni Pawlu II faħħar lil Ġużeppi Moscati mhux biss għax kien tabib tajjeb imma wkoll għax “waqt li kien ifejjaq kien juri l-imħabba ġeneruża tiegħu imma kien ukoll jixhed il-Fidi Qaddisa tiegħu.’’