Jekk iżżur xi Tempju Megalitiku f’Malta, tinduna li l-aktar inċiżjoni komuni hija l-ispiral. L-ispirali jġegħluna naħsbu fil-vjaġġ tal-ħajja mit-twelid sal-mewt u lil hinn għall-ħajja eterna. Meta nitilfu lil xi ħadd, inħossu wġigħ u niket imma aħna qatt ma nieqfu nħobbu lil dik il-persuna. Dan għaliex ruħna qatt ma tmut u se tgħix għal dejjem ma’ Alla u man-nies li nħobbu.
Dan l-ispazju tat-talb jissejjaħ Spirali Eterni.
Ikollok bżonn:
- Ritratti tal-għeżież tiegħek li mietu (mhux obbligatorja)
- karta, lapsijiet tal-kulur, żebgħa jew il-mudell spirali.
- Xemgħat li jaħdmu bil-batterija.
- Binding tal-wajer spirali tal-plastik (mhux obbligatorju).
- Ħares lejn ir-ritratt ta’ membru tal-familja jew ħabib maħbub li miet. Jekk m’għandekx ritratt, pinġi stampa tiegħu / tagħha.
- Aħseb dwar is- sentimenti tiegħek meta tiftakar f’din il- persuna. Ġebbed l-ispiral (mhux obbligatorju).
- Pinġi spirali (jew uża l-ħendawt)u ikteb l-isem tal-persuna li tlift.
- Kellem lil Alla dwar din il-persuna, il-memorji li għandek tagħha u dwar kif tħossok dwar il-mewt u l-ħajja eterna.