Vitamina Ġ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nikber

Il-vitamini huma sustanzi li nsibuhom fil-ħafna ikel li nieklu. Ġisimna għandu bżonn il-vitamini biex jkun jista’ jagħmel ħafna affarijiet, bħal jgħinuna nikbru u nkomplu niżviluppaw. L-istess ir-ruħ u-ħajja spiritwali tagħna għandhom bżonn il-‘vitamini’ biex jikbru iktar f’saħħithom. Din hi l-‘vitamina’ Ġ (Ġesù)! F’ Ġesù nsibu dak kollu li neħtieġu!

  •  Pinġi l-ittra ‘Ġ’ kbira.
  • Fuq in-naħa ta’ wara tagħha, pinġi jew ikteb kif Ġesù kien vitamina fil-ħajja tiegħek. Aqsam dan ma’ xi ħadd mill-ħbieb tiegħek.
  • Qatta’ ftit ħin fil-kwiet ma’ Ġesù biex tkompli tassorbi iktar il-Vitamina Ġ.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.