It-tema tat-tielet ġimgħa tal-Avvent, hija l-Ferħ. Din hija kelma li Papa Franġisku jħobb juża ħafna. Il-ferħ ma huwiex il-gost li drabi nħossu meta jiġrilna xi ħaġa sabiħa, iżda huwa stat li nkunu fih anke meta l-affarijiet ma jmorrux kif nixtiequ aħna. Dan il-ferħ jiġi minn Ġesù, meta nafdaw il-ħajja tagħna f’idejh. Għalhekk huwa ferħ dejjiemi, u mhux momentarju. Il-ferħ li jrid jagħtina Ġesù, huwa l-ferħ li naqraw dwaru fil-ktieb tal-Ġenesi, qabel ma Adam u Eva waqgħu għat-tentazzjoni. Id-dnub serqilhom il-ferħ li kienu qed iħossu qabel. Id-dnub firidhom minn Alla. Iżda għal Alla din ma kinitx sitwazzjoni aċċettabbli, għalhekk sar bniedem bħalna, biex isalvana, biex jirbaħ il-mewt u jkollna l-ferħ f’qalbna. Għalhekk meta l-anġli marru jwasslu l-aħbar tat-twelid ta’ Ġesù lir-rgħajja, qalulhom, “Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta’ David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej.” (Luqa 2, 10-11).
Aqra/itlob Salm 126, dwar il-ħsibijiet ta’ persuna li tħalli lilha nnifisha għar-rieda ta’ Alla.
Għandna bżonn
Attività