Tiftakru meta xi darba smajtu xi messaġġ mqanqal mingħand xi personaġġ magħruf, u dan il-messaġġ għoġbok u bqajt taħseb fih?U forsi wkoll wassalt dan l-istess messaġġ lil ħaddieħor. Jew meta ftaħt qalbek ma’ xi ħadd u smajt il-parir li kien qiegħed jagħtik? Meta wieħed jiskot u jisma’ jkun qed issaħħaħ l-elementi tal-attenzjoni, tal-preżenza tiegħu u tal-fehma li jkun għal ġid tiegħu anke jekk iħossu xi ftit skomdu. Is-smigħ huwa wieħed mis-sensi u anke don ta’ Alla.
Il-prayer space tal-lum jisimha Widna miftuħa
U għaliha għandna bżonn:
Sib post fil-kwiet (rokna fid-dar, f’xi ġnien, fil-bitħa jew forsi fuq il-bejt). Poġġi bilqegħda u għatti għajnejk b’biċċa drapp. Qatta ftit ħin fil-kwiet isma’ l-ħsejjes ta’ madwarek.
Imbagħad neħħi d-drapp u fuq il-mudell tal-widna ikteb xi ħsejjes li smajt eż. Għasfur jsaffar, jew karozza għaddejja, tarbija tibki. Fin-naħa t’isfel ikteb messaġġ li taħseb li Alla qed jgħaddilek permess ta’ wieħed minn dawn il-ħsejjes li smajt.
Per eżempju, jekk smajt il-ħoss ta’ printer jipprintja – Uża l-karti b’mod tajjeb biex tieħu ħsieb is-siġar.
Saħħa ħbieb! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!