Ġieli ħriġt dawra fil-kampanja u taħseb kemm hawn pjanti, fjuri, siġar u insetti sbieħ u differenti? Bla ma trid tgħid kemm huwa kbir Alla hux veru?
Fl-14 ta’ Lulju, niċċelebraw il-festa ta’ Santa Kateri Tekakwitha. Din hija l-ewwel qaddisa min-Native America fil-Knisja Kattolika u hija l-protetriċi tal-ambjent u l-ekoloġija. Hija kienet tqatta’ ħafna ħin fil-kampanja titlob u titkellem m’ Alla.
Il-Prayer Space li ser nagħmlu jisimha Nitolbu bin-Natura. Għaliha għandek bżonn:
Ilbes iż-żarbun u mur mixja qalb il-kampanja. Tistà ukoll toħroġ f’xi ġnien pubbliku jew xi ġnien li għandek mad-dar. Ħares u osservja ftit l-ambjent ta’ madwarek.
Pawża ta’ ftit sekondi
Tkellem jew ikteb talba lil Alla biex tirringrazzjah ta’ dan kollu u tistà taħseb ukoll f’ modi kif ser tieħu ħsieb l-ambjent aħjar.
Jekk jkollok l-mobile tista’ tuża apps bħal Google Lens li permezz ta’ ritratt tagħtik iżjed informazzjoni fuq pjanti, fjuri, siġar u insetti li tara fil-ġnien jew matul l-mixja.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.