Nitolbu bin-natura

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba dwar n-natura u l-ħolqien ta' Alla

Ġieli ħriġt dawra fil-kampanja u taħseb kemm hawn pjanti, fjuri, siġar u insetti sbieħ u differenti? Bla ma trid tgħid kemm huwa kbir Alla hux veru?

Fl-14 ta’ Lulju, niċċelebraw il-festa ta’ Santa Kateri Tekakwitha. Din hija l-ewwel qaddisa min-Native America fil-Knisja Kattolika u hija l-protetriċi tal-ambjent u l-ekoloġija. Hija kienet tqatta’ ħafna ħin fil-kampanja titlob u titkellem m’ Alla. 

Il-Prayer Space li ser nagħmlu jisimha Nitolbu bin-Natura. Għaliha għandek bżonn:

  • Żarbun komdu għal mixi 
  • Karta 
  • Pinna jew lapes 
  • Mobile (bl-app Google lens) 

Ilbes iż-żarbun u mur mixja qalb il-kampanja. Tistà ukoll toħroġ f’xi ġnien pubbliku jew xi ġnien li għandek mad-dar. Ħares u osservja ftit l-ambjent ta’ madwarek.

Pawża ta’ ftit sekondi

Tkellem jew ikteb talba lil Alla biex tirringrazzjah ta’ dan kollu u tistà taħseb ukoll f’ modi kif ser tieħu ħsieb l-ambjent aħjar. 

Jekk jkollok l-mobile tista’ tuża apps bħal Google Lens li permezz ta’ ritratt tagħtik iżjed informazzjoni fuq pjanti, fjuri,  siġar u insetti li tara fil-ġnien jew matul l-mixja. 

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.