Għerf

Id-doni tal-Ispirtu s-Santu

Għerf

Id-don tal-għerf jgħinni nagħraf dak li hu tajjeb u dak li Alla jixtieqni nagħmel. Nista’ wkoll ngħin lill-oħrajn jagħmlu dak li Alla jixtieq.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan id-don f’uliedhom?

  • Tkellmu mat-tfal dwar l-imħabba ta’ Alla u kif Alla juri din l-imħabba.
  • Jgħinuhom jagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni nifhem kemm Alla jħobbni. Għinni biex inħobb lil Alla fuq kollox u fuq kulħadd. Ammen.

Eroj

Santa Katerina ta’ Lixandra

Santa Katerina għexet id-don tal-Għerf meta kienet titkellem dwar il-fidi tagħha ma’ kulmin tiltaqa’. Għenet ħafna nies biex isiru nsara. Kienet tħobb lil Ġesù u mietet martri.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Tkellem ma’ Alla kuljum, bħalma titkellem ma sħabek. Tkellem miegħu dwar il-ġurnata li kellek, dak li ħassejt u l-pjanijiet li għandek.
  • Qabel ma tieħu deċiżjoni, itlob.
  • Qabel ma tagħmel xi ħaġa, staqsi jekk din hijiex ser togħġob lil Alla.

Aqra aktar dwar Santa Katerina ta’ Lixandra