Biża’ ta’ Alla

Id-doni tal-Ispirtu s-Santu

Biża’ ta’ Alla

Id-don tal-Biża’ ta’ Alla jgħinni nafda f’Alla u nagħraf il-kobor tiegħu. Għax inħobb lil Alla, ma nixtieqx li noffendih.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan id-don f’uliedhom?

  • Alla huwa l-ħallieq ta’ dak kollu li hu tajjeb. Meta tkun mat-tfal għamilhom konxji tas-sbuħija tan-natura, mill-iċken fjura u nannakola sal-wesgħat kbar tal-baħar u smewwiet. Apprezzaw flimkien is-sbuħija u r-rigal tal-ħajja, mit-tarbija fil-ġuf san-nanniet u qraba anzjani.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni biex dejjem nafda f’Alla u nagħmel dak li jogħġob lilu. Ammen.

Eroj

Beatu Carlo Acutis

Carlo Acutis kien iħobb jilgħab bil-PlayStation, jiekol u anke kien il-joker tal-klassi. Minkejja dan, hu wkoll għex id-don tal-biża’ ta’ Alla u dan urih b’mod speċjali fl-imħabba kbira li kellu lejn l-Ewkaristija.

Kien jagħti kas tal-ambjent: kien jogħdos bil-maskra biex inaddaf qiegħ il-baħar, u kien joħroġ lill-kelb biex inaddaf il-park miż-żibel.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Għid it-talba tal-Glorja sikwiet, matul il-ġurnata
  • Irringrazzja lil Alla għall-ħolqien u ara li tieħu ħsiebu.

Aqra aktar dwar Beatu Carlo Acutis.