Fidi

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Fidi

Meta hemm il-fidi, lil Alla ma niċħdux. Nieqaf għal dak li hu tajjeb, inkun ħabib sinċier u ta’ fiduċja.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom:

  • Nafu li t-tfal ser jitgħallmu aktar mill-eżempju li jaraw milli mill-kliem li jisimgħu. Dan jgħodd ukoll għal kif il-ġenituri jwasslu l-fidi lil uliedhom. Dejjem għid il-verità. Tiddejjaqx turihom li anke inti ġieli ssibha diffiċli biex timxi wara Ġesù. Itlob magħhom, aqralhom stejjer mill-Bibbja u mill-ħajjiet tal-qaddisin.
  • Żomm il-wegħdiet li tagħmel u għin lit-tfal biex huma wkoll iżommu l-impenji u l-wegħdiet li għamlu.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni biex nagħmel dak li jixtieq Alla. Għinni biex inkun fidil għall-wegħdiet li nagħmel. Ammen.

Hero

Santa Marija Goretti

Marija Goretti kienet tħobb ħafna lil Alla u ppreferiet tmut milli tagħmel dnub. Hi baqgħet b’saħħitha u soda quddiem it-tentazzjoni u wriet kemm kienet tħobb lil Ġesù!

Fis-semplicità tal-ħajja tagħha, Marija Goretti għandha lezzjoni x’tagħtina. Li tieqaf għat-tentazzjoni u li tagħmel għażliet tajba, huma l-akbar sfidi fil-ħajja nisranija.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Alla huwa fidil, kun fidil inti wkoll fir-relazzjoni tiegħek ma’ Alla. Itlob kuljum. Tista’ tisma’ wkoll kant reliġjuż, taqra mill-Bibbja jew tara films li jgħinuk issir taf lil Alla aħjar.
  • Jekk għamilt xi wiegħda lill-ħbieb, jew tajt kelma li tieħu sehem f’xi attività, jew li titgħallem xi sport jew strument mużikali, żomm il-wegħdiet tiegħek.

Aqra aktar dwar Santa Marija Goretti.