Il-personaġġ tal-lum huwa: l-anġlu
Naħsbu:
L-anġli huma messaġġiera mingħand Alla. F’dawn il-ġrajjet tat-twelid ta’ Ġesù niltaqgħu numru ta’ drabi mal-anġli. L-anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kienet ser issir omm Alla. Anġlu deher lil Ġużeppi f’ħolma u qallu li Marija kienet se ssir omm Ġesù, u wkoll, f’ħolma oħra, qallu biex jaħarbu u jmorru lejn l-Eġittu. L-anġli ħabbru lir-rgħajja t-twelid ta’ Ġesù.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Aqraw dawn il-ġrajjiet mill-Bibbja: Luqa 1, 26-38 (it-tħabbira tal-anġlu), Luqa 2, 8-16 (it-tħabbira lir-rgħajja), Mattew 1, 18-24 u Mattew 2, 13-15 (il-ħolm ta’ Ġużeppi).
Talba:
Intom ukoll għandkom anġlu speċjali li jieħu ħsiebkom. Qabel ma torqdu u meta tqumu, idraw għidu t-talba lill-Anġlu Kustodju.
Illum kun bħall-anġli u wassal il-messaġġ lill-oħrajn, li Ġesù jħobbhom, għid lill-ġenituri, lil ħutek, lin-nanniet u lil sħabek.
Diska:
Id-diska tal-lum hi: Angels we have heard on high.