L-ewwel personaġġ hi: il-mara tal-lukanda
Naħsbu:
Minjaf kemm iddispjaċiha l-mara tal-lukanda, meta lil San Ġużepp kellha tgħidlu li ma kellhomx post għalihom! Intom taħsbu li din il-mara ma għamlet xejn aktar, ħlief uriethom fejn kienet l-istalla? Kif taħsbu li għenithom aktar, lill-Madonna u lil San Ġużepp.
Illum il-festa ta’ San Nikola, dan il-qaddis jibqa’ magħruf għall-mod kif kien jgħin b’ġenerożità kbira.
X’ser tagħmlu flimkien bħala familja?
Aqraw l-istorja ta’ San Nikola.
Talba:
Għażiż Ġesù, inti taf li aħna nsibuha diffiċli li ngħinu lill-oħrajn mingħajr ma nistennew xejn lura. Inti għidtilna li dak li nagħmlu mal-oħrajn inkunu qegħdin nagħmluh miegħek. Nitolbuk tfakkarna f’dan meta nkunu qegħdin insibu diffikultà biex ngħinu lil xi ħadd, għinna biex f’din il-persuna naraw lilek.
Azzjoni:
Agħmlu wegħda mal-mama u mal-papa, li meta taqilgħu r-rigali tal-Milied, taqbdu wieħed minn dawn ir-rigali u tagħtuh lit-tfal fil-bżonn. Kull parroċċa għandha Kummissjoni Djakonija, li tieħu ħsieb familji fil-bżonn, jekk dan ir-rigal tat-tfal tgħadduh lilhom, jasal żgur għand tfal li din is-sena mhux ser jirċievu ħafna rigali.
Diska:
Inkantaw flimkien: Shine and serve.