Paċi 4-7 years

L-Istorja tal-Milied

  1. Agħmel printout tal-attività fuq kartonċina bajda.
  2. It-tfal jagħtu l kulur lill-istampi.
  3. Aqta’ max- xifer.
  4. Itwi, u wża l-gloj biex-tifforma kaxxa.
  5. Irrakonta l-ġrajja tal-Milied permezz tal-istampi.
  6. Ħalli lit-tfal jirrakuntaw il-ġrajja.

Din hija attività għal tfal bejn l-4 u 7 snin, bl-għajnuna tal-ġenituri jew aħwa akbar.

  • Ipprintjaw il-blalen (baubles) fuq kartonċina bajda.
  • Ħallu lit-tfal jagħtuhom il-kulur.
  • Aqtgħu max-xifer, agħmlu toqba fin-naħa ta’ fuq. Għaddu spaga mit-toqba u l-ballun jista’ jiddendel mas-siġra tal-Milied, jew ma’ xi tieqa, inkella fil-kamra tat-tfal.
  • Aqraw il-ġrajja mill-Bibbja.
  • Araw il-video.
  • Għidu t-talba.

(Għall-età bejn 8 -11 żur riżorsi fuq hawn.)