Għaqal
Id-don tal-għaqal jgħinni nagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin. Jgħinni nfittex l-għajnuna u nieħu pariri mingħand dawk li jriduli l-ġid.
Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan id-don f’uliedhom:
Talba
Spirtu s-Santu, għinni nagħżel dak li hu tajjeb, speċjalment meta tidħol it-tentazzjoni. Ammen.
Eroj
Santa Bernardina Soubirous
Il-familja ta’ Bernardina kienet fqira u hi kienet tifla marradija. Meta kellha 14-il sena, dehritilha l-Madonna, għal 18-il darba fil-grotta ta’ Lourdes. Il-Madonna għallmitha tgħid ir-rużarju. Lil Bernardina waqqgħuha għaċ-ċajt, u ma emmnux li kienet qed tidrilha l-Madonna. Madanakollu, hi kellha fidi f’Alla, dejjem obdiet lil min kien fuqha u l-fidi kbira tagħha għenitha biex tibqa’ fit-triq it-tajba. Jekk ħaddieħor fis-sitwazzjoni tagħha kien forsi juri kburija, hi dejjem għexet b’għaqal il-ħajja qaddisa.
Ngħixuh fil-ħajja tagħna!
Aqra aktar dwar Santa Bernardina Soubirous.