Ħlewwa

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Ħlewwa

Ħlewwa hija l-oppost ta’ żorr u ħażen. Għalhekk, il-ħlewwa hija meta tħobb, tkun sensittiv, paċenzjuż u umli ma’ tal-familja, ħbieb u pets!

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom:

  • Li trawwem lit-tfal ikollhom il-ħlewwa, ma tfissirx li jkunu dgħajfa. Fil-fatt meta xi ħadd iġib ruħu bi ħlewwa, jista’ jbiddel attitudni ta’ rabja. Proverbu 15 jgħid “Tweġiba ħelwa ttaffi l-korla, kelma iebsa tqajjem l-għadab”
  • Kun mudell ta’ ħlewwa mat-tfal, speċjalment meta tikkoreġiehom

Talba

Spirtu s-Santu, għinni nuża kliem ta’ ħlewwa u mħabba. Urini kif ma nkunx kburi/ija, iżda umli. Ammen.

Hero

Santa Kjara ta’ Assisi

Klara twieldet f’familja sinjura. Il-mama tagħha kienet nisranija u għallmitha dwar Ġesù. Wara li Kjara semgħet lil San Franġisk jitkellem dwar Ġesù u l-fqar, hi telqet kollox u tat ħajjitha lil Ġesù. Għexet fil-faqar ma’ nisa oħra li għexu magħha. Il-ħajja tagħhom kienet waħda ta’ talb, sagrifiċċju u umiltà. Fl-istess ħin kellhom ħafna ferħ u paċi. Kjara hija eżempju tajjeb ta’ ħlewwa u tal-umiltà. 

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Meta titkellem, uża kliem ta’ ħlewwa u mħabba
  • Tgħollix leħnek, tgħajjarx lill-oħrajn
  • Ara li l-pets ikollhom ikel u ilma, kun ġentili magħhom ukoll

Aqra aktar dwar Santa Klara ta’ Assisi.