Fid-disa’ jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani… disa’ nisa jiżfnu (On the ninth day of Christmas my true love gave to me… nine ladies dancing)
Dawn id-disa’ nisa jiżfnu b’tant enerġija, jirreferu għall-frott tal-Ispirtu s-Santu. Dawn mhux frott bħal tuffieħ, larinġ, lanġas, eċċ, huma frott “spiritwali” li jitkellem dwarhom San Pawl fl-ittra lill-Galatin 5, 22. Titgħallmu dwar dan il-frott meta tkunu qed tħejju ruħkom għas-Sagrament ta’ Konfermazzjoni. Meta ngħixu dawn il-frott, inkunu qed nuru li aħna mixjin wara Ġesù. Dawn il-frott huma: l-imħabba, l-hena, is-sliem, is-sabar, il-ħniena, it-tjieba, il-fidi, il-ħlewwa u r-rażan.
Talba
Grazzi Mulej tal-ħbieb sinċieri tiegħi, jien ngħożż ħafna din il-ħbiberija tagħna. Ħarishom u pproteġiehom. Għamel li nkun ħabib/a ta’ vera billi nuża l-frott tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Nagħmlu
Fit-2 ta’ Jannar niċċelebraw il-festa ta’ San Bażilju l-kbir u San Girgor Nazjanzenu. Dawn iż-żewġ qaddisin kbar, kienu ħbieb. Huma studjaw f’Ateni u l-ħbiberija tagħhom kibret matul is-snin. Illum għaddi ħin ma’ sħabek u ħaddem il-frott tal-Ispirtu s-Santu biex turihom kemm tgħożż il-ħbiberija tagħhom. Aħseb dwar kif tista’ tkun ħabib/a ta’ vera.
Nagħtu l-kulur