Il-ħdax-il jum tal-Milied

It-12-il Jum tal-Milied

Fil-ħdax-il jum tal-Milied, il-maħbub vera tiegħi tani…ħdax il-daqqaqa jdoqqu (On the eleventh day of Christmas my true love sent to me… eleven pipers piping)

Dawn il-ħdax il-daqqaqa jdoqqu l-flawtijiet, jirrappreżentaw il-ħdax l-appostlu fidil. Bħalma tafu, Ġesù għażel tnax-il dixxiplu biex jgħinuh iwassal l-Aħbar it-Tajba tas-Saltna ta’ Alla, iżda wieħed minnhom, Ġuda l-Iskarjota, ittradieh lill-mexxejja reliġjużi u lir-Rumani. Il-ħdax l-appostlu fidil, kienu, Xmun Pietru, Indri, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu bin Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda bin Ġakbu. Dan nistgħu naqrawh fl-Evanġelju ta’ San Luqa, 6, 14-16. Meta Ġesù sejjaħ lill-appostli biex jimxu warajh, huma biddlu l-pjanijiet kollha tagħhom. Inti lest/a li tbiddel il-pjannijiet tiegħek minħabba Ġesù? Mhux faċli li timxi wara Ġesù, iżda l-fatt li nafu li Ġesù jħobbna, jagħmlilna l-kuraġġ.

Talba

Mulej, għinni nimxi warajk, għinni inħobbok b’qalbi kollha, b’ruħi u moħħi. Għinni ndur lejk meta niffaċċja xi diffikultà, għinni nkun ħanin u naħfer, kemm lil tal-familja kif ukoll lill-ħbieb. Ammen. 

Nagħmlu

Illum il-festa ta’ San Xmun Stylites il-Kbir. Hu twieled fis-Sirja fit-388 AD. Biex juri lid-dinja li hu kien jimxi wara Ġesù, waqqaf kolonna bi pjattaforma fuq nett u għex hemmhekk għal 37 sena, bilwieqfa l-ħin kollu! Hu kien jippriedka u jikteb ittri minn fuq din il-kolonna, u kulħadd kien iqisu bħala raġel qaddis, ħafna kienu jmorru għandu. Biex titgħallem aktar dwar dan il-qaddis, ara dan il-video, 

Nagħtu l-kulur