Rażan

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Rażan

Rażan tfisser li jirnexxieli nikkontrolla l-azzjonijiet, il-kliem u ħsibijiet tiegħi. Jirnexxili ngħid le għal dak li mhux tajjeb.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom?

  • Ħafna drabi t-tfal ikunu jridu li tgħaddi tagħhom u ġieli jirrabjaw u jsabbtu saqajhom.  Jekk it-tfal jieħdu li jridu, mhux qegħdin jitgħallmu r-rażan.
  • Kbar u żgħar jissieltu mar-rażan. Ipprova li ikkontrolla lilek innifsek u uri lit-tfal li dan mhux dejjem faċli.
  • Rawwem lit-tfal. Per eżempju ma jinterrompukx jekk qed titkellem ma’ xi ħadd, biex joqgħodu attenti fil-knisja, li jistennew il-ħin tal-ikel biex jieklu, li jistennew li jkun imiss lilhom biex jilgħabu.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni nikkontrolla kliemi u dak li nagħmel. Meta nkun qed nitlef il-kontroll, għinni biex nieqaf, naħseb u nitlob, biex negħleb din it-tentazzjoni. Ammen.eq Alla. Għinni biex inkun fidil għall-wegħdiet li nagħmel. Ammen.

Hero

San Franġisku u Santa Ġjaċinta

Franġisku, Ġjaċinta u l-kuġina tagħhom, Luċija kienu tfal bħall-oħrajn, imma l-Madonna dehritilhom u staqsiethom biex jagħmlu sagrifiċċji għall-midinbin biex isalvaw mill-infern. Sikwit ma kienux jieklu l-lunch, jew ma jixorbux fis-sħana u anke ġieli rabtu ħabel bl-għoqiedi madwar qaddhom biex jagħmlu penitenza. 

Dawn il-qaddisin jgħallmuna li għalkemm huwa diffiċli li tagħmel għażliet tajba, bħal li ma tiċċitjax waqt xi test jew li ma tirrispondix lura, Ġesù jgħinna nikkontrollaw dak li nagħmlu u dak li ngħidu.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Matul din il-ġimgħa, kkontrolla lilek innifsek. Agħti ħin kemm ser iddum tilgħab jew tara t-television. Żomm dan il-ħin għall-ġid tiegħek.
  • Meta l-mama u l-papa jistaqsuk tagħmel xi ħaġa, aqbad u għamilha minnufih.
  • Aqra l-ġrajja ta’ Ġużeppi (mill-ktieb tal-Ġenesi). Ħutu biegħuh bħala lsir. Meta kellu ċ-ċans li jpattijielhom, huwa kkontrolla lilu nnifsu u wera imħabba. Seta’ jagħmel dan għax kellu fidi f’Alla u ħalla lil Alla jmexxih.

Aqra aktar dwar San Franġisku u Santa Ġjaċinta.