Sabar

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Sabar

San Pawl jgħallimna li l-imħabba tistabar. Jiġifieri li bil-kalma nistenna li jasal il-ħin li jmiss lili, li nistenna biex jiġri xi ħaġa. Is-sabar ifisser li nafda f’Alla li jisma’ t-talb tiegħi.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom?

  • Il-ħajja mgħaġġla tippruvalna s-sabar. Id-dinja diġitali ma tgħinx lit-tfal jitrawmu fil-paċenzja. L-istennija hija ħaġa diffiċli. Għin lit-tfal jitgħallmu jistennew. Għallimhom jistennew wara l-oħrajn fis-supermarket, fit-traffiku, li ma tixtrilhomx dak li jridu fil-pront. Ħallihom iduqu frotta li tkun għadha ma saritx. Spjegalhom li meta nuru nuqqas ta’ paċenzja u nkunu rridu l-affarijiet dak il-ħin, ir-riżultat mhux ser ikun tajjeb daqs li kieku stennejna.
  • Għin lit-tfal jifhmu li Alla dejjem jisma’ t-talb tagħna, iżda mhux dejjem iwieġeb kif nixtiequ jew fil-ħin li nitolbuh. 

Talba

Spirtu s-Santu, għinni biex ikolli l-paċenzja, għinni biex ma nirrabjax għal xejn b’xejn. Grazzi Mulej, li inti dejjem paċenzjuż miegħi. Ammen.

Eroj

Santa Monika

Il-ħajja ta’ Santa Monika tirrifletti żewġ virtujiet, dik tas-sabar u perseveranza. Hi prattikathom fit-talb għal żewġha u b’mod speċjali għal binha Wistin. Santa Monika qatt ma waqfet titlob għal binha u wara ħafna snin ikkonverta u sar nisrani. Hi baqgħet titlob għalih sakemm mietet.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Kif tista’ turi aktar paċenzja matul din il-ġimgħa? Kif tista’ turi aktar paċenzja mal-familja tiegħek?
  • Meta tħoss li ser titlef il-paċenzja, kanta xi kanzunetta favorita, sakemm tikkalma.

Aqra aktar dwar Santa Monika.