Tjieba

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Tjieba

Tjieba hija li tgħix bħal Ġesù, jiġifieri li tħobb, tkun umli u taħfer.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom?

  • Kemm il-darba l-ġenituri jgħidu lit-tfal biex iġibu ruħhom tajjeb? Dan il-frott, bħall-frott l-ieħor mhux dwarna, iżda dwar kif ser nwasslu t-tjieba lill-oħrajn. Alla hu tajjeb. Alla jħobb, jipprovdilna, jipproteġina u jaħfrilna. 
  • Aqraw il-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb u ddiskutu għalfejn is-Samaritan huwa tajjeb.
  • Inkoraġġixxi lit-tfal jaqsmu dak li għandhom u jgħinu lill-oħrajn. Jistgħu jagħtu parti mill-pocket money tagħhom lil xi organizzazzjoni bħal Missiotfal.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni biex nagħmel dak li hu tajjeb. Għinni biex nifhem aktar lil ħaddieħor u nieħu ħsieb tal-oħrajn ukoll. Ammen.

Hero

San Martin ta’ Tours

Meta kiber, Martin sar suldat. Hu wera dan il-frott tat-tjieba meta darba ltaqa’ ma’ fqir li ma tantx kellu ħwejjeġ u tah nofs il-mantar tiegħu. Dak il-lejl ħolom u ra lil Ġesù liebes dik il-biċċa mantar! Hu mar joqgħod f’monasteru u kien jgħin lil dawk fil-bżonn. Anke meta sar Isqof baqa’ jgħix ħajja sempliċi u dejjem għen fejn seta’.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Jekk l-iskola hemm xi ħadd bla ħbieb, għamel ħbieb miegħu/magħha.
  • Għin lil ħutek, mingħajr ma tistenna xejn lura.

Aqra aktar dwar San Martin ta’ Tours.