Fehma jew Dehen
Id-don tal-fehma jgħinni nifhem dak li Alla jrid jgħidli permezz ta’ Ġesù, tal-Bibbja u tal-Knisja.
Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan id-don f’uliedhom?
Talba
Spirtu s-Santu, għinni nifhem dak li qiegħed jgħidli Alla, speċjalment permezz tal-Bibbja u tat-tagħlim tal-Knisja.
Eroj
Santu Wistin
Santu Wistin kien it-tifel ta’ Santa Monika. Meta kien żagħżugħ kien jgħix ħajja mqallba. Aktar tard tgħammed, sar saċerdot u isqof ta’ Ippona (belt li llum tinsab fl-Alġerija). Hu għex id-don tal-fehma għax kiteb ħafna kotba biex jispjega l-Bibbja u t-tagħlim tal-Knisja. Il-kitbiet tiegħu jgħinuna biex nifhmu l-messaġġ ta’ Alla.
Ngħixuh fil-ħajja tagħna!
Aqra aktar dwar Santu Wistin.