Fehma jew Dehen

Id-doni tal-Ispirtu s-Santu

Fehma jew Dehen

Id-don tal-fehma jgħinni nifhem dak li Alla jrid jgħidli permezz ta’ Ġesù, tal-Bibbja u tal-Knisja. 

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan id-don f’uliedhom?

  • Għinu lit-tfal jifhmu għalfejn Alla jrid li jħobbu, jgħinu u jaħfru lill-oħrajn. Fuq kollox, agħtu raġuni għall-azzjonijiet u deċiżjonijiet tagħkom, bħal meta tistaqsuhom jagħmlu xi ħaġa, jew tagħtuhom xi kastig.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni nifhem dak li qiegħed jgħidli Alla, speċjalment permezz tal-Bibbja u tat-tagħlim tal-Knisja. 

Eroj

Santu Wistin

Santu Wistin kien it-tifel ta’ Santa Monika. Meta kien żagħżugħ kien jgħix ħajja mqallba. Aktar tard tgħammed, sar saċerdot u isqof ta’ Ippona (belt li llum tinsab fl-Alġerija). Hu għex id-don tal-fehma għax kiteb ħafna kotba biex jispjega l-Bibbja u t-tagħlim tal-Knisja. Il-kitbiet tiegħu jgħinuna biex nifhmu l-messaġġ ta’ Alla.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Aqra l-Bibbja kuljum jew ara xi video dwar xi ġrajja mill-Bibbja

Aqra aktar dwar Santu Wistin.