Ħniena
Ħniena tfisser li npoġġi l-bżonnijiet tal-oħrajn qabel tiegħi. Hija l-oppost tal-eġoiżmu.
Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom?
Talba
Spirtu s-Santu, għinni biex nitlob skuża għal dak li nagħmel ħażin. Għinni biex naqdi lill-oħrajn bħalma għamel Ġesù. Ammen
Hero
San Ġużepp Moscati
Ġużepp Moscati, kien professur li l-istudji tiegħu wasluh biex jiskopri l-insulina. Bħala Kattoliku żgħażugħ, studja fl-Università ta’ Napli. Kien jieħu sehem fil-quddiesa kuljum. Mhux biss ma kienx jieħu flus lill-pazjenti fqar, iżda kien anki jagħtihom il-flus. Hu kien frontliner meta faqqet il-kolera fl-1911 u biex idewwi s-suldati waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija. Dejjem wera qalb tajba u kompassjoni kbira.
Ngħixuh fil-ħajja tagħna!
Aqra aktar dwar San Ġużeppi Moscati.