Ħniena

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Ħniena

Ħniena tfisser li npoġġi l-bżonnijiet tal-oħrajn qabel tiegħi. Hija l-oppost tal-eġoiżmu.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom?

  • Meta xi ħadd iweġġagħna, l-istint huwa li npattu lura. Għallem lit-tfal biex jagħtu ċans lil dik il-persuna li weġġgħathom biex tirranġa l-ħsara li għamlet u titlob skuża. Inti imxi l-istess mod magħhom meta ma jobdux.  Tagħtix kastig fir-rabja. Għalkemm għażliet ħżiena jġorru l-konsegwenzi u ma jistgħux jitħallew għaddejin, ikkoreġi b’imħabba.
  • Uri ħniena u rispett lejn dawk ta’ madwarek. Ibda mill-familja, l-ġirien u l-ħbieb. It-tfal jitgħallmu mill-eżempju tiegħek.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni biex nitlob skuża għal dak li nagħmel ħażin. Għinni biex naqdi lill-oħrajn bħalma għamel Ġesù. Ammen

Hero

San Ġużepp Moscati

Ġużepp Moscati, kien professur li l-istudji tiegħu wasluh biex jiskopri l-insulina. Bħala Kattoliku żgħażugħ, studja fl-Università ta’ Napli. Kien jieħu sehem fil-quddiesa kuljum. Mhux biss ma kienx jieħu flus lill-pazjenti fqar, iżda kien anki jagħtihom il-flus. Hu kien frontliner meta faqqet il-kolera fl-1911 u biex idewwi s-suldati waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija. Dejjem wera qalb tajba u kompassjoni kbira. 

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Tinsiex tuża’ l-kliem: “Jekk jogħġbok”, “Skużani” u “Grazzi”
  • Aqsam il-logħob, toys u ħelu li għandek
  • Għin fid-dar, mingħajr ma toqgħod tistenna li jistaqsuk

Aqra aktar dwar San Ġużeppi Moscati.