Hena

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Hena

L-hena hija meta tipprova tferraħ lill-oħrajn. Ikolli l-hena meta naf li Alla hu tajjeb.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom:

  • L-hena li jagħti l-Ispirtu s-Santu u l-gost u pjaċir esklussivament uman, mhumiex l-istess. L-hena li jkolli f’qalbi ma tinbidilx meta l-affarijiet ikunu ħżiena, għax naf li Alla hu qrib. Għin lit-tfal jesperjenzaw din l-hena billi turihom ir-raġunijiet għalfejn għandna nirringrazzjaw u nfaħħru lil Alla. Għamel dan l-eżerċizzju b’mod regolari, speċjalment meta t-tfal jkollhom ġurnata ħażina.
  • Aqra Atti 13, 42-52 biex turi kif Pawlu u Barnaba kieni mimlija bil-ferħ, anke meta ġrawlhom affarijiet ħżiena.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni nemmen u nagħraf li Alla huwa qrib tiegħi, speċjalment meta nħossni mdejjaq/mdejqa u mweġġa. Għinni biex inferraħ lill-oħrajn. Ammen.

Eroj

San Ġwann Bosco

Ġwanni Bosco għex meta ħafna subien orfni kienu jiġġerrew ma’ kullimkien. Dawn it-tfal sfortunati kienu jisirqu, jiġġieldu u kienu vjolenti. Ġwanni Bosco ried jgħin lil dawn it-tfal. Hu beda jiltaqa’ ma’ dawn is-subien kull nhar ta’ Ħadd filgħodu fejn ħoloq opportunità biex jgħallimhom dwar il-Fidi biex jgħaddu xi ftit tal-ħin jitolbu miegħu u wkoll biex jilgħabu. Għen lil ħafna subien isibu l-hena tal-Ispirtu s-Santu. Il-motto tiegħu kien “l-ewwel kun ferħan, it-tieni, studja u itlob, it-tielet, għamel il-ġid lil kulħadd.”

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Inkunu ferħana meta nagħmlu dak li jixtieq Alla. Aħseb dwar dak kollu li llum għamilt sew. Dan ser jimliek bl-hena.
  • Aħseb dwar dak li għamilt ħażin. Itlob lill-Ispirtu s-Santu biex jgħinek tagħżel bejn it-tajjeb u l-ħażin. Dan ukoll jagħtik l-hena, għax taf li l-Ispirtu s-Santu jisma’ t-talba tiegħek u jgħinek.

Aqra aktar dwar San Ġwann Bosco.