Imħabba

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Imħabba

Imħabba hi meta jirnexxili nagħti preferenza lil Alla u lill-oħrajn qabel l-interessti tiegħi f’dak kollu li nagħmel u ngħid.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom:

  • Dak li jogħġbok (to like) jew dak li tħobb (to love) huma differenti, iżda t-tfal jistgħu jitfixkluhom. Biex tgħinuhom jifhmu d-differenza bejniethom, aqrawlhom ġrajjiet mill-Bibbja dwar l-imħabba u l-ħbiberija awtentika, per eżempju l-ġrajjiet dwar il-ħbiberija bejn David u Ġonatan, il-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb, l-istorja ta’ Ġesù u Żakkew.
  • Uri l-imħabba. Ħalli lit-tfal jarawk tgħin lill-oħrajn. Fuq kollox ara li t-tfal iħossuhom maħbuba fil-mod kif titkellem u ġġib ruħek magħhom.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni nuri paċenzja u ħniena ma’ kulmin niltaqa’. Għinni biex ma ngħirx u ma nurix kburija. Irrid li nħobbok dejjem aktar. Ammen.

Eroj

Madre Tereża

Agnes Gonxha Bojaxhiu kienet tfajla mhux magħrufa minn Skopje, fil-Maċedonja, li saret magħrufa mad-dinja kollha bħala Madre Tereża. Hi ddeskriviet lilha nnifisha bħala “lapes f’idejn Alla li bih jikteb ittra ta’ mħabba lid-dinja.” Madre Tereża għexet ħajja ta’ mħabba u qadi, tgħin lill-ifqar fost il-fqar, f’Kalkutta. Hi rat lil Ġesù f’dawk kollha li għenet u ltaqgħet magħhom. 

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Qabel ma torqod, għannaq lill-mama u lill-papa u lil ħutek, u għidilhom li tħobbhom
  • Aħseb dwar kif tista’ turi lill-persuni tal-familja tiegħek li tħobbhom. Agħmel dak li ħsibt fuqu u agħtihom sorpriża!
  • Meta tgħaddi minn quddiem kurċifiss jew knisja, għid lil Ġesù li tħobbu.
  • Tgħallem  it-talba ta’ Madre Tereża

Aqra aktar dwar Madre Tereża.