Paċi

Il-Frott tal-Ispirtu s-Santu

Paċi

Il-paċi nħossha meta ngħix f’armonija ma’ Alla u mal-oħrajn. Din il-paċi tgħinni biex ma nibżax u ma ninkwetax. Naf li Alla għandu kontroll ta’ kollox.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan il-frott f’uliedhom?

  • Il-paċi li jagħti l-Ispirtu s-Santu, mhix biss nuqqas ta’ ġlied. Din tiġi meta inti tgħix fit-triq it-tajba li xi drabi taf tkun iebsa. Staqsi lit-tfal dwar meta qed iħossu li mhux qed ikollhom il-paċi. Jista’ jkun li jippreferu jpinġu dawn is-sitwazzjonijiet u mhux jitkellmu dwarhom. Tkellmu dwar din is-sitwazzjoni u kif tista’ tkun iffaċċjata u mtejba. Itlob dwarha mat-tfal.

Talba

Spirtu s-Santu, għinni ndur lejn Alla kull darba li nkun inkwetat/a jew imdejjaq/a. Għinni biex inġib il-paċi mal-oħrajn. Ammen.

Eroj

San Franġisk t’Assisi

San Franġisk twieled f’familja sinjura. Ħa deċiżjonijiet ħżiena u għex b’mod ħażin ukoll. Induna li ma kienx qiegħed jgħix sew u ddeċċieda li jgħix ħajja sempliċi, jgħin lill-fqar u jaħdem biex iwassal il-Kelma u l-imħabba ta’ Alla. Franġisku għex bħal Ġesù, ħabb lill-għedewwa tiegħu u għamel il-ġid anke lil dawk li kienu jobogħduh.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Tgħallem it-talba ta’ San Franġisk: Mulej agħmilni strument tal-paċi tiegħek
  • Meta tkun imdejjaq/a jew qed tibża, ieqaf u itlob. L-ewwel ftakar biex tfaħħar lil Alla u tirringrazzjah.
  • Kif tista’ ġġib il-paċi fid-dar?

Aqra aktar dwar San Franġisk t’Assisi.