Qawwa
Id-don tal-qawwa jagħtini l-kuraġġ biex nimxi wara Ġesù u ngħix ħajja nisranija tajba. Ikolli l-kuraġġ biex nibqa’ sod f’dak li nemmen.
Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan id-don f’uliedhom?
Talba
Spirtu s-Santu, agħtini l-kuraġġ biex kuljum, nimxi wara Ġesù. Ammen.
Eroj
San Stiefnu
San Stiefnu kien jgħallem dwar Ġesù. Xi Lhud irrabjaw għalih, għaliex ma riedux lin-nies jimxu wara Ġesù. Il-mexxejja Lhud gidbu kontrieh. Stiefnu wera qawwa kbira meta baqa’ ma ċaħadx dak li għallem. Hu ma ċaħadx lil Ġesù u miet wara li ħaġġruh.
Ngħixuh fil-ħajja tagħna!
Aqra aktar dwar San Stiefnu.