Xjenza

Id-doni tal-Ispirtu s-Santu

Xjenza

Id-don tax-xjenza jinkoraġġini biex nitgħallem aktar dwar Alla u nsir nafu aktar. Alla ħalaqni u jagħtini dak li għandi bżonn. Nara lil Alla f’dawk li niltaqa’ magħhom.

Kif jistgħu l-ġenituri jinkoraġġixxu dan id-don f’uliedhom?

  • Tkellem mat-tfal dwar il-ħafna modi li bihom Alla jberikna ta’ kuljum.
  • Tkellem regolarment dwar kif Alla jieħu ħsiebek, u għin lit-tfal jaraw kif Alla qiegħed jaħdem fil-ħajja tagħhom ukoll.

Talba

Spirtu s-Santu, agħtini d-don tax-Xjenza għax irrid li nagħraf dejjem aktar l-imħabba t’Alla. Għinni wkoll biex nara lil Alla f’dawk li niltaqa’ magħhom, speċjalment f’dawk li ma naqbilx magħhom. Ammen

Eroj

Santa Marija di Rosa

Santa Marija twieldet f’familja sinjura. Ommha mietet, meta Marija kellha 11-il sena. Ta’ sbatax-il sena, waqfet mill-iskola biex tgħin fin-negozju ta’ missierha. Għexet id-don tax-xjenza għax kienet tagħti kas u tieħu ħsieb l-impjegati, speċjalment dawk nisa, il-morda u l-fqar. Dan għamlitu b’mod speċjali meta kien hemm l-epidemija tal-kolera. Matul il-gwerra ta’ Brescia, hija ħadet ħsieb il-midruba. Marija bdiet kongregazzjoni biex jieħdu ħsieb lill-morda u l-batuti.

Ngħixuh fil-ħajja tagħna!

  • Titkellimx fuq l-oħrajn! Qabel ma tgħid xi ħaġa dwar xi ħadd, ieqaf u aħseb kif Alla qiegħed iħares lejn dik il-persuna. Ftakar li Alla jħobbha, daqskemm iħobb lilek
  • Qabel ma torqod, aħseb dwar kif Alla għenek matul il-ġurnata. Irringrazzja lil Alla għal għajnuna tiegħu

Aqra aktar dwar Santa Marija di Rosa.